In dieser Ausgabe
Oliver Friggieri
Il-lejl f'dan l-istazzjon
Il-lejl f'dan l-istazzjon wasal ftit qabli,
xejn aktar ma nistenna. Telqet issa
qajl qajl il-ferrovija minn quddiemi.
Jien nilheg, hi titharrek bla ma tghaggel,
ghajjiena t-tnejn f'dir-rokna ta' belt rieqda.
Il-lejl f'dan l-istazzjon jasal ftit kmieni,
u dan kien l-ahhar vjagg. Vaguni suwed
jinhbew fid-dlam, u l-ahhar hoss ibatti
u tbatti fija t-tama ta' belt ohra.
© University of Wales, Aberystwyth 2002-2009
site by
CHL



