Oliver Friggieri

Nidhol Fis-Silenzji Tieghek
Friggieri11111
Lesen Sie eine Englische Übersetzung hier.
Jitbexxqu t-twieqi tas-silenzji tieghek
u hafi nid]ol hiemed biex niskopri
skantat bhal tfajjel ma jaf xejn mid-dinja.
Jaqa' minn fommi tqil il-kliem b]al gebel
jistabat fuq il-qieghda w inti tigbru.
Nittawwal fis-silenzji skuri tieghek,
il-monasteri ta' l-iljieli mhassba
fejn ruh li ma torqodx tqum tippassigga.
Id-dubji b]al tapit haxix ihaxwex
jintrifsu ma' kull pass sakemm titwieled
fil-guf ta' mohh mugugh il-mistoqsija.
Din ligi tan-natura: hemm il-weggha
fil-hlas, u hemm il-Golgota fl-imhabba.
Fl-irkejjen tas-silenzji tieghek ngharrex
bhal eremit li jsellem biss lill-kwiekeb
u jiftah qalbu msakkra biss mal-qamar.






© University of Wales, Aberystwyth 2002-2009       Home  |  @ Kontakt  |  Zurück zum Seitenanfang
site by CHL